+Artikolu 55 Segretezza professjonali
---+Artikolu 55 1
---+Artikolu 55 2
---+Artikolu 55 3
---+Artikolu 55 4
|
Artikolu 55 Segretezza professjonali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1
|
1. Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 55 2
|
2. L-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu, jew li jkunu ħadmu, għall-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq jew persuna fiżika jew ġuridika li lilha dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegaw is-setgħat tagħhom, inkluż awdituri u esperti kkuntrattati minnhom.
|
|
Artikolu 55 3
|
3. L-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555, ma għandhomx jiġu divulgati lil xi persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stipulati mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 55 4
|
4. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna l-operat jew il-kondizzjonijiet operazzjonali u affarijiet ekonomiċi jew personali oħra għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tiddikjara, meta ssir il-komunikazzjoni, li tali informazzjoni tista’ tiġi divulgata jew fejn tali divulgazzjoni hija meħtieġa għal proċedimenti legali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|