+Artikolu 58 1

Artikolu 58 1

1.   Sas-17 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-BERS, kif xieraq, twettaq rieżami u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rieżami għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 31(2);

(b)

in-natura volontarja tan-notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti msemmija fl-Artikolu 19;

(c)

ir-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12) u s-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni previsti fl-Artikolu 35(1), il-punt (d), il-punt (iv), l-ewwel inċiż, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-effettività ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iżgurar tas-sorveljanza effettiva tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, u n-neċessità li tiġi stabbilita sussidjarja fl-Unjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, ir-rieżami għandu jinkludi analiżi tar-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12), inkluż f’termini ta’ aċċess għall-entitajiet finanzjarji tal-Unjoni għal servizzi minn pajjiżi terzi u d-disponibbiltà ta’ tali servizzi fis-suq tal-Unjoni u għandu jqis żviluppi ulterjuri fis-swieq għas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament, l-esperjenza prattika tal-entitajiet finanzjarji u tas-superviżuri finanzjarji fir-rigward tal-applikazzjoni u, rispettivament, is-superviżjoni ta’ dak ir-reġim, u kwalunkwe żvilupp regolatorju u superviżorju rilevanti li jseħħ fil-livell internazzjonali.

(d)

l-adegwatezza tal-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(3), il-punt (e), bl-użu ta’ sistemi ta’ bejgħ awtomatizzati, fid-dawl ta’ żviluppi futuri tas-suq dwar l-użu ta’ tali sistemi;

(e)

il-funzjonament u l-effettività tal-JON fl-appoġġ għall-konsistenza tas-sorveljanza u l-effiċjenza tal-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-Qafas ta’ Sorveljanza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R2554
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.