+Artikolu 23 1.

Artikolu 23 1.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-entitajiet essenzjali u importanti jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lis-CSIRT tiegħu jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tiegħu f'konformità mal-paragrafu 4 dwar kull inċident li jħalli impatt sinifikanti fuq il-forniment tas-servizzi tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 3 (inċident sinifikanti). Fejn xieraq, l-entitajiet ikkonċernati għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien żejjed, lir-riċevituri tas-servizzi tagħhom dwar l-inċidenti sinifikanti li aktarx jaffettwaw ħażin il-forniment ta' dawk is-servizzi. Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-entitajiet jirrapportaw, inter alia, kull informazzjoni li tippermetti lis-CSIRT jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti, tiddetermina kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Is-sempliċi att tan-notifika ma għandux jissoġġetta lill-entità notifikanti għal aktar responsabbiltà.

Meta l-entitajiet ikkonċernati jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'inċident sinifikanti skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jiżgura li dik l-awtorità kompetenti tgħaddi n-notifika lis-CSIRT malli tirċeviha.

Fil-każ ta' inċident sinifikanti transfruntier jew transsettorjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti uniċi ta' kuntatt tagħhom jiġu pprovduti fi żmien debitu bl-informazzjoni rilevanti nnotifikata f'konformità mal-paragrafu 4.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.