+Artikolu 23 4.

Artikolu 23 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-fini tan-notifika skont il-paragrafu 1, l-entitajiet ikkonċernati jissottomettu lis-CSIRT jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti:

(a) 

mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa wara li jkunu saru jafu bl-inċident, twissija bikrija, li, fejn applikabbli, għandha tindika jekk l-inċident sinifikanti hux issuspettat li hu kkawżat minn atti illegali jew malizzjużi jew jistax ikollu impatt transfruntier;

(b) 

mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 siegħa minn meta jsiru jafu bl-inċident sinifikanti,notifika ta' inċident, li, fejn applikabbli, għandha taġġorna l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) u tindika valutazzjoni inizjali tal-inċident sinifikanti, inkluż is-severità u l-impatt tiegħu, kif ukoll, fejn disponibbli, l-indikaturi ta' kompromess;

(c) 

meta jintalab minn CSIRT jew, meta applikabbli, l-awtorità kompetenti, rapport intermedju dwar aġġornamenti rilevanti tal-istatus;

(d) 

rapport finali sa mhux aktar tard minn xahar wara s-sottomissjoni tan-notifika tal-inċident skont il-punt (b), li jinkludi dan li ġej:

(i) 

deskrizzjoni dettaljata tal-inċident, inkluż is-severità u l-impatt tiegħu;

(ii) 

it-tip ta' theddida jew il-kawża ewlenija li aktarx skattat l-inċident;

(iii) 

il-miżuri ta' mitigazzjoni applikati u li għadhom fis-seħħ;

(iv) 

meta applikabbli, l-impatt transfruntier tal-inċident;

(e) 

fil-każ ta' inċident li jkun għadu għaddej fiż-żmien tas-sottomissjoni tar-rapport finali msemmi fil-punt (d), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ikkonċernati jipprovdu rapport ta' progress f'dak iż-żmien u rapport finali fi żmien xahar minn meta jkunu ttrattaw l-inċident.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-fornitur ta' servizzi fiduċjarji għandu, fir-rigward ta' inċidenti sinifikanti li jkollhom impatt fuq il-forniment tas-servizzi fiduċjarji tiegħu, jinnotifika lis-CSIRT jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa minn meta jsir jaf bl-inċident sinifikanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.