|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(1)
“istituzzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(2)
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1), (2) jew (3) tad-Direttiva 2009/138/KE;
(3)
“kumpannija tal-investiment” tfisser kumpannija tal-investiment skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, inklużi l-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 8 ) jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab f’pajjiż terz u li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2004/39/KE kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;
(4)
“entità regolata” tfisser istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassikurazzjoni, ditta ta’ investiment, kumpannija tal-immaniġġjar tal-assi jew maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;
(5)
“kumpannija li timmaniġja l-assi” tfisser kumpannija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku l-uffiċċju tagħha kien reġistrat fl-Unjoni;
(5a)
“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi” tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(b),(l) u (ab) tad-Direttiva 2011/61/KE jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;
(6)
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(4), (5) jew (6) tad-Direttiva 2009/138/KE jew strument b’għan speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 13(26) tad-Direttiva 2009/138/KE;
(7)
“regoli settorjali” tfisser atti legali relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' entitajiet regolati, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 ( 9 ) u (UE) 2019/2033 ( 10 ) (17) tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill u d-Direttivi 2009/138/KE, 2013/36/UE ( 11 ), 2014/65/UE ( 12 ) u (UE) 2019/2034 ( 13 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(8)
“settur finanzjarju” tfisser settur kompost minn waħda jew aktar mill-entitajiet li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) jew (21) tad-Direttiva 2006/48/KE (minn hawn ‘il quddiem imsemmija “is-settur bankarju”);
(b)
impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 13(1), (2), (4) jew (5) jew tal-Artikolu 212(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE (minn hawn ‘il quddiem imsemmija “is-settur tal-assigurazzjoni”);
(c)
ditta tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE (flimkien msejħa “is-settur tas-servizzi tal-investiment”);
(9)
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 14 ) jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, teżerċita effettivament influwenza dominanti fuq impriża oħra;
(10)
“impriża sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, impriża prinċipali effettivament teżerċita fuqha influwenza dominanti jew is-sussidjarji kollha ta’ tali impriżi sussidjarji;
(11)
“parteċipazzjoni” tfisser parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 15 ), jew il-proprjetà diretta jew indiretta ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;
(12)
“grupp” tfisser grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, jew impriżi marbuta flimkien permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, u jinkludi kwalunkwe sottogrupp tiegħu;
(12a)
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u impriża sussidjarja, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwelunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;
(13)
“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma marbuta permezz ta’ kontroll jew parteċipazzjoni, jew sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma permanentement marbuta mal-istess persuna, permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll;
(14)
“konglomerat finanzjarju” tfisser grupp jew sottogrupp, fejn entità regolata tkun tmexxi l-grupp jew sottogrupp, jew fejn tal-anqas waħda mis-sussidjarji f’dak il-grupp jew sottogrupp tkun entità regolata, u li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
fejn ikun hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:
(i)
dik l-entità tkun impriża prinċipali ta’ entità fis-settur finanzjarju, entità li jkollha parteċipazzjoni f’entità fis-settur finanzjarju, jew entità marbuta ma’ entità fis-settur finanzjarju permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE,
(ii)
mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment, u
(iii)
l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) jew (3) ta’ din id-Direttiva; jew
(b)
fejn ma jkunx hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:
(i)
l-attivitajiet tal-grupp jew sottogrupp iseħħu prinċipalment fis-settur finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva,
(ii)
mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment, u
(iii)
l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) jew (3) ta’ din id-Direttiva;
(15)
“kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju;
(16)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew regolamentazzjoni sabiex jissorveljaw istituzzjonijiet tal-kreditu, jew impriżi tal-assigurazzjoni, jew impriżi tar-riassigurazzjoni, jew ditti tal-investiment, kumpanniji tal-immaniġġar tal-assi jew maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi sew fuq bażi individwali jew ta’ grupp;
(17)
“awtoritajiet rilevanti kompetenti” tfisser:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-superviżjoni settorjali tal-grupp kollu ta’ kwalunkwe entità regolata f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari tal-impriża prinċipali finali ta’ settur;
(b)
il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 10 jekk differenti mill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a);
(c)
fejn xieraq, awtoritajiet kompetenti oħra konċernati rilevanti għall-opinjoni tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);
(18)
“tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp” tfisser it-tranżazzjonijiet kollha li bihom entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju jiddependu direttament jew indirettament fuq impriżi oħra fi ħdan l-istess grupp jew fuq kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika marbuta mal-impriżi fi ħdan dak il-grupp permezz ta’ rabtiet mill-qrib, għat-twettiq ta’ obbligu, sew jekk kuntrattwali kif ukoll jekk le, u kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le;
(19)
“konċentrazzjoni tar-riskju” tfisser l-esponimenti kollha għal riskji b’potenzjal ta’ telf li jkun kbir biżżejjed biex jhedded is-solvenza jew il-pożizzjoni finanzjarja b’mod ġenerali tal-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju; tali esponimenti jistgħu jiġu kkawżati minn riskju tal-kontroparti/riskju tal-kreditu, riskju tal-investiment, riskju tal-assigurazzjoni, riskju tas-suq, riskji oħra, jew b’kombinazzjoni jew interazzjoni ta’ dawn ir-riskji. Sakemm jidħol fis-seħħ kull standard tekniku regolatorju adottat f’konformita’ mal-Artikolu 21a(1)(b), l-opinjoni msemmija fil-punt (17)(c) għandha, b’mod partikolari, tieħu kont tas-sehem mis-suq tal-entitajiet regolati tal-konglomerat finanzjarju fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari jekk teċċedi l-5 %, u l-importanza fil-konglomerat finanzjarju ta’ kwalunkwe entità regolata stabbilita fi Stat Membru ieħor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|