+Artikolu 3 Għatbiet għall-identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 3a.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.
---+Artikolu 3 8.
---+Artikolu 3 9.
|
Artikolu 3 Għatbiet għall-identifikazzjoni ta' konglomerat finanzjarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Għall-għanjijet tal-istabbiliment dwar jekk l-attivitajiet ta’ grupp iseħħux prinċipalment fis-settur finanzjarju, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(b)(i), il-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju regolat u mhux regolat fil-grupp mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp kollu kemm hu m’għandux jeċċedi l-40 %.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Għall-għanijiet tal-istabbiliment dwar jekk attivitajiet f’setturi finanzjarji differenti humiex sinjifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew 14(b)(iii), għal kull settur finanzjarju il-medja tal-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ ta’ dak is-settur finanzjarju mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp u l-proporzjon tal- ħtiġiet tas-solvibilità tal-istess settur finanzjarju mal-ħtiġiet totali tas-solvibilitàtal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp m’għandux jeċċedi l-10 %. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, l-iżgħar settur finanzjarju fil-konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-iżgħar medja u l-aktar settur finanzjarju importanti f’konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-ogħla medja. Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-medja u għall-kejl tal-iżgħar u l-aktar settur finanzjarju importanti, is-settur bankarju u s-settur tas-servizzi ta’ investiment għandhom jitqiesu flimkien. Il-kumpanniji li jimmaniġjaw l-assi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp; jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju. Il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp. Jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.
|
|
Artikolu 3 3.
|
L-attivitajiet transsettorjali għandhom ukoll jiġu preżunti li huma sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew (14)(b)(iii) jekk it-total tal-karta tal-bilanċ tal-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jaqbeż EUR 6 biljun. Jekk il-grupp ma jilħaqx il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari. Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati jew, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti
|
|
Artikolu 3 3a.
|
Jekk il-grupp jilħaq il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, iżda l-iżgħar settur ma jaqbiżx EUR 6 biljun, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari. Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati u, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, għandhom jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 3 4.
|
Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu bi ftehim komuni:
▼M6
(a)
jeskludu entità meta jikkalkolaw il-proporzjonijiet, fil-każi msemmija fl-Artikolu 6(5), sakemm l-entità ma tkunx iċċaqalqet minn Stat Membru għal pajjiż terz jew sakemm ma jkunx hemm evidenza li l-entità bidlet is-sit tagħha biex tevita r-regolamentazzjoni;
▼B
(b)
jagħtu kont tal-konformita ma' l-għatbiet maħsuba fil-paragrafi 1 u 2 għal tlett snin konsekuttivi, sabiex jevitaw xejriet f'daqqa tar-reġim, u jinjoraw dik il-konformità jekk ikun hemm bidliet sinjifikanti fl-istruttura tal-grupp;
▼M6
(c)
jeskludu parteċipazzjoni waħda jew aktar fl-iżgħar settur jekk tali parteċipazzjonijiet huma determinanti għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, u huma kollettivament ta’ interess negliġibbli fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni supplimentari.
▼B
Meta konglomerat finanzjarju jkun ġie identifikat skond il-paragrafi 1, 2, u 3, id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' propsta magħmula mill-kordinatur ta' dak il-konglomerat finanzjarju.
|
|
Artikolu 3 5.
|
Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u bi ftehim komuni, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ b’parametru wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin jew iżidu parametru jew aktar minnhom, jekk ikunu tal-opinjoni li dawk il-parametri jkunu ta’ rilevanza partikolari għall-iskop tas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva: struttura tad-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ, assi totali mmaniġġati.
|
|
Artikolu 3 6.
|
Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, jekk il-proporzjonijiet imsemmija f'dawk il-paragrafi jaqgħu taħt l-40 % u l-10 % rispettivament għal konglomerati li jkun diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, proporzjon aktar baxx ta' 35 % u 8 % rispettivament għandu japplika għat-tlett snin li jiġu wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim. Bl-istess mod, għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3, jekk it-total tal-karta tal-bilanċ ta' l-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jinżel taħt l-EUR 6 biljuni għal konglomerati li jkunu diġà s-suġġett ta' superviżjoni supplementari, figura aktar baxxa ta' EUR 5 biljuni għandha tapplika għat-tlett snin ta' wara biex jiġu evitati xejriet f'daqqa fir-reġim. Matul il-perjodu msemmi f'dan il-paragrafu, il-kordinatur jista', bi qbil ma l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti, jiddeċiedi li l-proporzjonijiet aktar baxxi jew l-ammont aktar baxx imsemmi f'dan il-paragrafu għandhom jieqfu milli japplikaw.
|
|
Artikolu 3 7.
|
Il-kalkolazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu fir-rigward tal-karta tal-bilanċ għandhom isiru fuq il-bażi tat-total aggregat tal-karta tal-bilanċ ta' l-entitajiet tak-grupp, skond il-kontijiet annwali tagħhom. Għall-għanijiet ta' din il-kalkolazzjoni, għandu jingħata kont ta' impriżi li fihom hija miżmuma parteċipazzjoni fir-rigward ta' l-ammont tat-total tal-karta tagħhom tal-bilanċ li jikkorrispondi mas-sehem proporzjonali aggregat miżmum mill-grupp. Iżda, meta kontijiet konsolidati huma disponibbli, għandhom jintużaw minflok il-kontijiet aggregati. Il-ħtiġiet ta' solvibilità imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu kalkolati skond id-dispożizzjonijiet tar-regoli relevanti settorali.
|
|
Artikolu 3 8.
|
L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
) (“…”), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
) (“AEAPX”) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
18
) (“AETS”) (flimkien imsejħa “l-ASE”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ASE (“Kumitat Konġunt”), joħroġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 3 9.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali, jerġgħu jivvalutaw il-konċessjonijiet tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari u għandhom jirrieżaminaw l-indikaturi kwantitattivi stabbiliti f’dan l-Artikolu u valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju applikati għall-gruppi finanzjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|