+Artikolu 9 Mekkaniżmi ta' kontroll intern u proċessi ta' immaniġġar tar-riskju
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
|
Artikolu 9 Mekkaniżmi ta' kontroll intern u proċessi ta' immaniġġar tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet regolati jkollhom, jaħdmu fil-livell ta' konglomerat finanzjarju, proċessi adegwati ta' maniġġar tar-riskju u mekkaniżmi interni ta' kontroll, inkluż proċeduri sodi ta' amministrazzjoni u konteġġi.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-proċessi ta' l-immaniġġar tar-riskju għandhom jinkludu:
(a)
governanza sod u mmaniġġar bl-approvazzjoni u reviżjoni ta' kull tant żmien ta' l-istrateġiji u l-politika minn korpi adattati li jirregolaw fil-livell tal-konglomerat finanzjarju fir-rigward tar-riskji kollha li jassumu;
(b)
politika adegwata ta' adegwatezza ta' kapital sabiex jantiċipaw l-impatt fuq l-istrateġija tagħhom tan-negozju dwar profil tar-riskju u ħtiġiet ta' kapital kif sttabbilit skond l-Artikolu 6 u l-Anness I;
(ċ)
proċeduri adegwati li jassiguraw li s-sistemi tagħhom ta' sorveljanza tar-riskju huma integrati sew fl-organizzazzjoni taghom li li jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li s-sistemi implimentati fl-impriżi kollha inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni suppelmentari huma konsistenti sabiex ir-riskji jistgħu jitkejjlu, sorveljati u kontrollati fil-livell tal-konglomerat finanzjarju;
▼M5
(d)
arranġamenti fis-seħħ għall-kontribut u l-iżvilupp, jekk ikun meħtieġ, ta’ arranġamenti u pjanijiet adegwati ta’ rkupru u riżoluzzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu aġġornati regolarment.
▼B
|
|
Artikolu 9 3.
|
Il-mekkaniżmi interni ta' kontroll għandhom jinkludu:
(a)
mekkaniżmi adegwati fir-rigward ta' adegwatezza ta' kapital biex jiġu identifikati u mkejjla ir-riskji kollha materjali li jidħlu għalihom u li jirrelataw fondi proprji kif jixraq għar-riskji;
(b)
proċeduri ta' rapportar sod u ta' kontijiet li jidentifikaw, ikejlu, jissorveljaw u jikkontrollaw it-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-konċentrazzjoni tar-riskju.
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fl-impriżi kollha, inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari bis-saħħa tal-Artikolu 5, hemm mekkaniżmi interni ta’ kontroll adegwati għall-produzzjoni ta’ kull data u informazzjoni li jistgħu jkunu relevanti għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu mill-entitajiet regolati, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, li jipprovdu regolarment lill-awtorità kompetenti tagħhom dettalji dwar l-istruttura legali u l-goveranza u l-istruttura organizzattiva tagħhom inklużi l-entitajiet regolati kollha, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet regolati jiddivulgaw pubblikament, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, fuq bażi annwali, jew kompletament jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali u l-governanza u l-istruttura organizzattiva tagħhom.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur.
|
|
Artikolu 9 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jallinjaw l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif previst f’dan l-Artikolu mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif previst fl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, l-ABE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni għall-konverġenza tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif ipprovdut f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konsistenza mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif ipprovdut bl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju, f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|