Għall-finijiet tal-ittestjar tal-istess fuq skala tal-Unjoni, l-ASEjistgħu, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mal- Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (
19
), jiżviluppaw parametric supplementary li jaqbdu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-konglomerati finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-kordinatur għandu jikkomunika r-riżultati tal-ittestjar lill-Kumitat Konġunt.