+Artikolu 21a Standards tekniċi
---+Artikolu 21a 1.
---+Artikolu 21a 1a.
---+Artikolu 21a 2.
---+Artikolu 21a 3.

Artikolu 21a Standards tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21a 1.

Sabiex jiġu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ASE, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (KE) Nru 1095/2010 rispettivament jistgħu jiżviluppaw standard tekniċi regolatorji fir-rigward ta’:

(a) 

l-Artikolu 2(11), sabiex tiġi speċifikata l-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE fil-kuntest ta’ din id-Direttiva;

(b) 

l-Artikolu 2(17), sabiex jiġu stabbiliti l-proċeduri jew jiġu speċifikati l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ “awtoritajiet kompetenti rilevanti”;

(ċ) 

l-Artikolu 3(5) sabiex jiġu speċifikati l-parametri alternattivi għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju;

▼M6

(d) 

L-Artikolu 6(2) sabiex jiġi garantitit format uniformi (bl-istruzzjonijiet) għal, u tiġi determinata il-frekwenza ta’, u fejn ikun il-każ, id-dati għar-rapportar.

▼M5

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

Artikolu 21a 1a.
Bil-għan li tiġi garantita l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 2, 7 u 8 u l-Anness II, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards teknikċi regolatorji biex jistabbilixxu formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u jikkoordinaw id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II.

Il-Kumitat Konġunt għandu jippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards teknikċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

Artikolu 21a 2.

Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, l-ASE, skont l-Artikoli 56 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (KE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (KE) Nru 1095/2010 rispettivament jistgħu jiżviluppaw standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’:

▼M7 —————

▼M5

(b) 

l-Artikolu 7(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonjiiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tal-“konċentrazzjonijiet tar-riskju” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2);

(c) 

l-Artikolu 8(2), sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-proċeduri għall-inklużjoni tal-elementi fl-ambitu tad-definizzjoni tal-“transazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp” fis-sorveljanza superviżorja msemmija fit-tielet subparagrafu ta l-Artikolu 8(2).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

Artikolu 21a 3.
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-metodi tal-kalkolu elenkati fl-Anness I,Parti II, ta' din id-Direttiva, flimkien mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 228(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, iżda mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4) ta' din id-Direttiva, l-ESA għandha, permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva.

L-ESA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [hames xhur qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 309(1) tad-Direttiva 2009/138/KE].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.