+Artikolu 30a 2.
|
Artikolu 30a 2.
Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skont liema regoli settorjali (settur bankarju, settur tal-assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta’ investiment) il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu inklużi fis-superviżjoni konsolidata u jew supplementari msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-regoli settorjali fir-rigward tal-forma u l-portata tal-inklużjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Għall-finijiet ta’ superviżjoni supplementari msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandu jiġi ttrattat bħala parti ta’ dak is-settur li fih ikun ġie inkluż permezz tal-punt (a) tal-paragrafu 1. F’każ li l-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jkun parti minn konglomerat finanzjarju, ir-riferimenti għall-entitajiet regolati, u għall-awtoritajiet kompetenti u rilevanti għandhom għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jinftehmu bħala komprensivi, rispettivament, tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ gruppi kif msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|