+Artikolu 30b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 30b 1.
---+Artikolu 30b 2.
---+Artikolu 30b 3.
---+Artikolu 30b 4.
---+Artikolu 30b 5.

Artikolu 30b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30b 1.
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddivulgaw pubblikament kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet regolati jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-entità regolata li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-entità regolata, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

id-daqs tal-entità regolata skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

it-tip ta’ informazzjoni kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

Artikolu 30b 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet regolati jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika.
Artikolu 30b 3.
Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.
Artikolu 30b 4.

Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b) 

l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;

(c) 

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 30b 5.
Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.