|
+Artikolu 39 3. |
Artikolu 39 3.Għall-finijiet tal-punt (j) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu obbligi ta' rapportar addizzjonali jew aktar spissi fuq id-ditti tal-investiment biss meta l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata ma tkunx duplikata u tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
japplika wieħed mill-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38;
(b)
l-awtorità kompetenti tqis li hemm bżonn li tiġbor l-evidenza msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38.
(c)
l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa għall-fini tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 36. L-informazzjoni għandha titqies duplikata meta l-awtorità kompetenti jkollha diġà l-istess, jew sostanzjalment l-istess informazzjoni, meta dik l-informazzjoni tkun tista' tiġi ppreżentata mill-awtorità kompetenti jew tkun tista' tinkiseb mill-istess awtorità kompetenti permezz ta' mezzi oħrajn apparti obbligu fuq id-ditta tal-investiment li tirrapportaha. Awtorità kompetenti ma għandhiex titlob xi informazzjoni addizzjonali meta l-informazzjoni tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti f'format differenti jew livell ta' granularità mill-informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi rrappurtata u l-format jew il-granularità differenti ma jżommuhiex milli tipproduċi informazzjoni sostanzjalment simili. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|