Artikolu 43
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali impost skont il-punt (a) tal-Artikolu 39(2) ta' din id-Direttiva, għal ditta tal-investiment li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE u dwar kwalunkwe aspettattiva għall-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 41(2) ta' din id-Direttiva, fir-rigward ta' tali ditta tal-investiment.