|
+Artikolu 53 1. |
Artikolu 53 1.L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, meta l-impriża prinċipali ta' ditta tal-investiment tkun kumpanija holding ta' attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tad-ditta tal-investiment jistgħu:
(a)
jitolbu li l-kumpanija holding ta' attività mħallta tipprovdilhom kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun rilevanti għas-superviżjoni ta' dik id-ditta tal-investiment;
(b)
jissorveljaw it-tranżazzjonijiet bejn id-ditta tal-investiment u l-kumpanija holding ta' attività mħallta u s-sussidjarji ta' din tal-aħħar, u jeżiġu li d-ditta tal-investiment ikollha fis-seħħ proċessi adegwati ta' mmaniġġjar tar-riskji u mekkaniżmi ta' kontroll intern, inkluż proċeduri solidi ta' rappurtar u kontabilistiċi biex tidentifika, tkejjel, tissorvelja u tikkontrolla dawk it-tranżazzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|