|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lid-ditti tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Parti Ħamsa meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-investiment tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew tkun inkluża fi grupp ta’ ditti tal-investiment li għalih japplika l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament u l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 7(4) ma tapplikax;
(b)
l-impriża prinċipali fuq bażi konsolidata timmonitorja u tissorvelja fi kwalunkwe ħin il-pożizzjonijiet ta’ likwidità tal-istituzzjonijiet u d-ditti tal-investiment kollha fi ħdan il-grupp jew sottogrupp, li jkunu soġġetti għar-rinunzja u tiżgura livell suffiċjenti ta' likwidità għal dawk l-istituzzjonijiet u d-ditti tal-investiment kollha;
(c)
l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment daħlu f’kuntratti li, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jipprevedu l-moviment liberu tal-fondi bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi individwali u konġunti tagħhom meta jsiru dovuti;
(d)
ma hemm l-ebda impediment prattiku jew legali materjali attwali jew previst għas-sodisfazzjon tal-kuntratti msemmija fil-punt (c);
(e)
l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jaqblu ma' eżenzjoni tali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|