|
+Artikolu 49 1. |
Artikolu 49 1.Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-fondi proprji tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 46:
(a)
rikonċiljazzjoni sħiħa tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali, tal-entrati tal-Grad 2 u tal-filtri applikabbli u tat-tnaqqisijiet applikati għall-fondi proprji tad-ditta tal-investiment u għall-karta tal-bilanċ fir-rapporti finanzjarji awditjati tad-ditta tal-investiment;
(b)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-istrumenti tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-istrumenti tal-Grad 2 maħruġa mid-ditta tal-investiment;
(c)
deskrizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha applikati fuq il-kalkolu tal-fondi proprji f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-istrumenti u t-tnaqqis li japplikaw għalihom dawk ir-restrizzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|