|
+Artikolu 18 Eżerċizzju tad-delega ---+Article 18 1. ---+Article 18 2. ---+Article 18 3. ---+Article 18 4. ---+Article 18 5. |
Artikolu 18 Eżerċizzju tad-delegaArtikolu 18 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(7) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(7) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fit-tmiem id-delega tas-setgħa speċifikat f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika dwaru fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ żmien ta’ tliet xhur min-notifika dwar dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|