3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-komunikazzjonijiet sussegwenti kollha mal-mutwatarju, max-xerrej tal-kreditu jew, meta tinħatar biex twettaq attivitajiet ta’ servizzjar tal-kreditu, l-entità msemmija fl-Artikolu 2(5), punt (a)(i) jew (iii), jew is-servizzjant tal-kreditu, tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt (f) ta’ dan l-Artikolu, ħlief meta tkun l-ewwel komunikazzjoni wara l-ħatra ta’ servizzjant tal-kreditu ġdid, f’liema każ l-informazzjoni stabbilita fil- paragrafu 2, il-punti (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu, għandha tiġi inkluża wkoll.