3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzjant tal-kreditu jżomm rendikont tal-istruzzjonijiet rilevanti mogħtija lill-fornitur ta’ servizzi tal-kreditu, f’konformità mal-kundizzjonijiet previsti skont il-liġi nazzjonali applikabbli, u tal-kuntratt ta’ esternalizzazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin mid-data li fiha jiġi tterminat il-kuntratt ta’ esternalizzazzjoni, jew għat-tul tal-perjodu ta’ limitazzjoni statutorju applikabbli fl-Istati Membru, iżda, fiż-żewġ każijiet, sa mhux aktar minn 10 snin.