+Artikolu 20 1
|
Artikolu 20 1
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li xerrej tal-kreditu jew, meta jkun applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, li jittrasferixxi d-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu, jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu fuq bażi biannwali bl-identifikatur ta’ entità ġuridika tax-xerrej tal-kreditu l-ġdid u, meta applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19 jew, meta tali identifikatur ma jkunx jeżisti, jinformahom bi:
|
(a)
|
l-identità tax-xerrej il-ġdid tal-kreditu jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19, jew tal-membri tal-organu maniġerjali jew amministrattiv tax-xerrej il-ġdid tal-kreditu jew tar-rappreżentant tiegħu u l-persuni li għandhom parteċipazzjoni kwalifikanti fix-xerrej il-ġdid tal-kreditu jew ir-rappreżentant tiegħu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), punt (36), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u
|
|
(b)
|
l-indirizz tax-xerrej il-ġdid tal-kreditu jew, meta applikabbli, tar-rappreżentant tiegħu maħtur skont l-Artikolu 19.
|
Barra minn hekk, ix-xerrej tal-kreditu jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħu tal-anqas b’dan li ġej:
|
(a)
|
il-bilanċ pendenti aggregat tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttiv, jew tal-kuntratti ta’ kreditu improduttiv ittrasferiti;
|
|
(b)
|
l-għadd u d-daqs tad-drittijiet tal-kreditur skont il-kuntratti ta’ kreditu improduttivi jew tal-kuntratti ta’ kreditu improduttivi ttrasferiti;
|
|
(c)
|
jekk it-trasferiment jinkludix drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu improduttiv, jew kuntratt ta’ kreditu improduttiv innifsu konkluż mal-konsumaturi u t-tipi ta’ assi li jiżguraw il-kuntratt ta’ kreditu improduttiv, meta applikabbli.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.12.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021L2167
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|