+Artikolu 16 1.
|
Artikolu 16 1.
L-ESMA għandha timponi tariffi għar-repożitorji tat-titolizzazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi għandhom ikunu proporzjonati għall-fatturat tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni kkonċernat u għandhom ikopru għal kollox l-infiq tal-ESMA meħtieġ għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni kif ukoll ir-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li jistgħu jġarrbu l-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament isemmi l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ir-referenzi għall-Artikolu 72(3) ta’ dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta repożitorju tat-tranżazzjonijiet ikun diġà ġie rreġistrat skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew taħt il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2015/2365, it-tariffi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati biss biex jirriflettu l-infiq u l-ispejjeż addizzjonali meħtieġa relatati mar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-titolizzazzjoni skont dan ir-Regolament.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.04.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R2402
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|