+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.

Għall għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) 

“arranġament dwar kollateral finanzjarju” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titlu jew arranġament dwar kollaterali finanzjarju ta' garanzija, irrispettivament jekk humiex koperti jew le minn ftehim primarju jew termini ġenerali u kondizzjonijiet;

▼M1

(b) 

“arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu” tfisser arranġament, li jinkludi ftehim dwar xiri mill-ġdid, fejn fornitur ta’ kollateral, jittrasferixxi l-proprjetà sħiħa ta’ kollateral finanzjarju jew id-dritt sħiħ għalih lil riċevitur ta’ kollateral bil-għan li jkun żgurat jew b’mod ieħor ikopri t-twettiq ta’ obbligi finanzjarji rilevanti;

(c) 

“arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà” tfisser arranġament li fih min qed jipprovdi l-kollateral jipprovdi kollateral finanzjarju bħala sigurtà lil jew favur ir-riċevitur tal-kollateral, u fejn il-proprjetà sħiħa jew kwalifikata tal-kollateral finanzjarju, jew id-dritt sħiħ għalih, tibqa’ ma’ min qed jipprovdi l-kollateral meta jiġi stabbilit id-dritt għas-sigurtà;

▼B

(d) 

“flus kontanti” tfisser flus ikkreditati ġo kont bi kwalunkwe munita, jew talbiet simili għall-ħlas mill-ġdid ta' flus, bħal depożiti fis-suq tal-flus;

(e) 

“strumenti finanzjarji” tfisser, ishma f'kumpanniji u garanziji oħra ekwivalenti għal ishma f'kumpanniji u bonds u forom oħra ta' strumenti ta' debitu, jekk dawn ikunu negozjabbli fuq is-suq tal-kapital, u kwalunkwe garanziji oħra li normalment huma trattati fi, u li jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati kwalunkwe ishma minn dawn, bonds jew garanziji oħra permezz ta' sottoskrizzjoni, xiri jew tpartit jew li jagħtu lok għal ħlasijiet ta' flus kontanti (esklużi l-istrumenti ta' ħlas), inklużi units, f'impriżi t'investiment kollettiv, strumenti tas-suq tal-flus u talbiet li jirrelataw ma' jew drittijiet fi jew dwar kwalunkwe mis-segwenti;

(f) 

“obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti” tfisser l-obbligazzjonijiet li huma garantiti permezz ta' arranġament dwar il-kollateral finanzjarju u li jagħtu dritt għal ħlas ta' flus kontanti u/jew konsenja ta' strumenti finanzjarji.

Obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti jistgħu jikkonsistu jew jinkludu:

(i) 

obbligazzjonijiet, preżenti jew futuri, attwali jew kontinġenti jew prospettivi (inklużi dawk l-obbligazzjonijiet li jkunu ġejjin taħt ftehim primarju jew arranġament simili);

(ii) 

obbligazzjonijiet dovuti lil min jakkwista l-kollateral minn persuna oltre l-persuni li tipprovdi l-kollateral; jew

(iii) 

obbligazzjonijiet ta' klassi speċifika jew tip, li jiġu żmien għal żmien;

(g) 

“kollateral ta' garanziji tat-tniżżil fil-ktieb” tfisser kollateral finanzjarju li jkun ipprovdut taħt arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, li jikkonsisti fi strumenti finanzjarji, li t-titolu tagħhom huwa testimonjat permezz ta' entrati f'reġistru jew kont minn jew għan-nom ta' intermedjarju;

(h) 

“kont relevanti” tfisser in relazzjoni ma' kollateral ta' garanziji tat-tniżżil fil-ktieb li huwa soġġett għall arranġament finanzjarju dwar il-kollateral, ir-reġistru jew il-kont, li jista jiġi mantnut minn min jakkwista l-kollateral-li fih l-entrati huma magħmula, li permezz tagħhom tak il-kollateral dwar il-garanziji fit-tniżżil fil-ktieb, huwa pprovdut minn min jakkwista l-kollateral;

(i) 

“kollateral ekwivalent”:

(i) 

in relazzjoni ma' flus kontanti, tfisser ħlas ta' l-istess ammont u bl-istess munita;

(ii) 

in relazzjoni ma' l-istrumenti finanzjarji tfisser, strumenti finanzjarji ta' l-istess persuni li joħroġhom jew debitur, li jifforma parti mill-istess kwistjoni jew klassi u ta' l-istess ammont, munita u deskrizzjoni nominali u, fejn l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jipprovdi għat-trasferiment ta' assi oħrajn, wara li tkun seħħet kwalunkwe avveniment li jitratta jew li jaffettwa kwalunkwe strumenti finanzjarji ipprovduti bħala kollaterali finanzjarji, dawk l-assi l-oħrajn;

(j) 

“proċeduri ta' xoljiment” tfisser proċeduri kollettivi li jinvolvu r-realizazzjoni ta' assi u d-distribuzzjoni tar-rikavat fost il-kredituri, azzjonisti u membri, skond il-ħtieġa, li jinvolvu kwalunkwe intervent minn awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji, inkluż meta il-proċeduri kollettivi huma tterminati permezz ta' kompożizzjoni jew miżura li tixxiebaħ, irrispettivament humiex fondati a bażi ta' falliment jew huma volontarji jew obbligatorji;

(k) 

“miżuri ta' rijorganizazzjoni” tfisser miżuri li jinvolvu kwalunkwe intervent minn awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji, li huma maħsuba sabiex jippriżervaw jew irreġġgħu lura is-sitwazzjoni finanzjarja u li jaffetwaw drittijiet ta' parti terzi ġia eżistenti, inklużi iżda mhux limitati għal miżuri li jinvolvu s-sospensjoni ta' ħlasijiet, sospensjoni ta' miżuri t'enforzar jew tnaqqis ta' talbiet;

(l) 

“avveniment t'enforzar” tfisser avveniment ta' inadempjenza, jew kwalunkwe avveniment ieħor simili kif mifthiem bejn il-partijiet, u li meta jseħħu, taħt it-termini ta' arranġament dwar kollateral finanzjarju jew permezz ta' l-operar tal-liġi, min jakkwista l-kollateral huwa ntitolat sabiex jirrealizza jew japproppria il-kollateral finanzjarju jew tidħol fis-seħħ dispożizzjoni dwar il-close-out netting:

(m) 

“dritt ta' użu” tfisser id-dritt ta' min jakkwista l-kollateral sabiex juża u jiddisponi mill-kollateral finanzjarju pprovdut taħt arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija bħala s-sid tiegħu skond it-termini ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija;

(n) 

“dispożizzjoni dwar il-close-out netting” tfisser dispożizzjoni dwar l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, jew ta' arranġament li tiegħu l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju jkun parti, jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni bħal din, kwalunkwe regola statutorja li permezz tagħha, meta jseħħ avveniment dwar l-enforzar, sew permezz ta' l-operar tan-nettingjew tat-tpaċija jew xort'oħra

(i) 

l-obbligazzjonijiet tal-partijiet huma aċċellerati sabiex ikun dovuti immedjatament u espressi bħala obbligazzjoni li jħallsu ammont li jirrapreżenta il-valur kurrenti kalkulat, jew huma terminati u mibdula permezz t'obbligazzjoni sabiex jitħallas dan l-ammont; u/jew

(ii) 

jittieħed kont ta' dak li huwa dovut minn kull parti lill-parti l-oħra, dwar dawn l-obbligazzjonijiet, u tkun pagabbli somma netta, daqs il-bilanċ tal-kont, mill-parti li mingħandha tkun dovuta l-akbar somma lill-parti l-oħra;

▼M1

(o) 

“talbiet għal kreditu” tfisser talbiet għall-flus li jirriżultaw minn ftehim fejn isitituzzjoni ta’ kreditu, kif ġiet definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, inklużi l-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva, tagħti kreditu fil-forma ta’ self.

▼B

Artikolu 2 2.
Referenzi f'din id-Direttiva għal kollateral finanzjarju bħala jkun “ipprovdut”, jew għall “għoti” ta' kollateral finanzjarju, huma għall-kollateral finanzjarju bħala konsenjat, trasferit, miżmum, reġistrat jew xort'oħra msejjaħ sabiex ikun fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' min ikun qiegħed jakkwista l-kollateral jew ta' persuna li tkun qed taġixxi għan-nom ta' min ikun qiegħed jakkwista l-kollateral ►M1  “Kwalunkwe dritt ta’ sostituzzjoni jew dritt li jiġi rtirat il-kollateral finanzjarju eċċessiv favur il-fornitur tal-kollateral jew, fil-każ ta’ talbiet għal kreditu, li jinġabru l-flus tiegħu sakemm iseħħu żviluppi ġodda, m’għandux jippreġudika l-kollateral finanzjarju li jkun ġie pprovdut lir-riċevitur tal-kollateral, kif imsemmi f’din id-Direttiva.” ◄
Artikolu 2 3.
Referenzi f'din id-Direttiva għall-“bil-miktub”, jinkludu reġistrazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi jew kwalunkwe medju ieħor durabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.