+Artikolu 3 Ħtiġijiet formali
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 Ħtiġijiet formali

Ħtiġijiet formali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.
L-Istati Membri m'għandhomx jinħtieġu illi l-ħolqien, il-validita, il-perfezzjoni, l-enforzabilita jew l-ammisibilità fl-evidenza tal-kollateral finanzjarju tkun dipendenti fuq ir-rendiment ta' kwalunkwe att formali.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(5), meta t-talbiet għal kreditu jkunu pprovduti bħala kollateral finanzjarju, l-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li l-ħolqien, il-validità, il-perfezzjoni, il-prijorità, l-infurzabilità jew l-ammissibbiltà bħala evidenza ta’ dan il-kollateral finanzjarjujkunu dipendenti fuq it-twettiq ta’ kwalunkwe att formali bħar-reġistrazzjoni jew in-notifika tad-debitur tat-talba għal kreditu pprovduta bħala kollateral. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jinħtieġu t-twettiq ta’ att formali, bħar-reġistrazzjoni jew in-notifika, għall-finijiet ta’ perfezzjoni, prijorità jew infurzar jew ammissibilità bħala prova kontra d-debitur u/jew partijiet terzi.

Sat-30 ta' Ġinju 2014, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk dan il-paragrafu għadux xieraq.

Artikolu 3 2.
Paragrafu 1 huwa biss bla ħsara għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-kollateral finanzjarju, meta jkun ipprovdud u meta dan l-għoti jkun jista jiġi testimonjat bil-mikub jew b'manjiera legali ekwivalenti.
Artikolu 3 3.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur ( 11 ) u għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar klawżoli kuntrattwali inġusti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri tat-talbiet għal kreditu jistgħu jirrinunzjaw b’mod validu, bil-miktub jew b’mod legalment ekwivalenti:

(i) 

għad-drittijiet ta’ tpaċija tagħhom fil-konfront tal-kredituri tat-talba għal kreditu u fil-konfront tal-persuni li lilhom il-kreditur ikun ta, ta b’rahan jew b’xi mod ieħor immobilizza t-talba għal kreditu bħala kollateral; u

(ii) 

għad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mir-regoli tas-segretezza bankarja li nkella, kienu jipprevjenu jew jirrestrinġu l-ħila tal-kreditur tat-talba għal kreditu li jipprovdi informazzjoni dwar it-talba għal kreditu jew dwar id-debitur bil-għan li t-talba għal kreditu tintuża bħala kollateral.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.