+Artikolu 5 Dritt ta' użu tal-kollateral finanzjarju taħt l-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju tal-garanzija
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5 Dritt ta' użu tal-kollateral finanzjarju taħt l-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju tal-garanzija

Dritt ta' użu tal-kollateral finanzjarju taħt l-arranġamenti dwar il-kollateral finanzjarju tal-garanzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Jekk u sa l-estent, li t-termini ta' l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju tas-sigurtà jipprovdu, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li min jakkwista l-kollateral huwa ntitolat għal-eżerċizzju tad-dritt ta' użu in relazzjoni mal-kollateral finanzjarju pprovdut taħt l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju.
Artikolu 5 2.
Meta min jakkwista l-kollateral jeżerċita d-dritt ta' użu, huwa jaqa' taħt l-obbligazzjoni li jitrasferixxi kollateral ekwivalenti sabiex jieħu post il-kollateral finanzjarju oriġinali l-aktar tard, fil-ġurnata li jkun imiss ir-rendiment ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti mill-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija.

Alternattivament, min jakkwista l-kollateral, fil-ġurnata li jmiss għar-rendiment ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti, jew jittrasferixxu l-kollateral ekwivalenti, jew jekk u sa l-estent li t-termini ta' l-arranġament kollaterali finanzjarju tas-sigurta jipprovdu, ipaċu l-valur tal-kollateral ekwivalenti kontra jew japplikawh fl-iskarigu ta' l-obbligazzjonijiet finanzjarji relevanti.

Artikolu 5 3.
Il-kollateral ekwivalenti ttrasferit bl-iskarigu t'obbligazzjoni kif deskritt fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, għandu jkun soġġett għall-istess ftehim dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija, li għalih kien soġġett il-kollateral finanzjarju oriġinali, u għandu jiġi ttrattat bħala pprovdut taħt l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija, fl-istess ħin li jkun ġie pprovdut għall-ewwel darba l-kollateral finanzjarju oriġinali.
Artikolu 5 4.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-użu tal-kollateral finanzjarju minn min ikun akkwista l-kollateral skond dan l-Artiklu ma jirrendix id-drittijiet ta' min ikun akkwista l-kollateral taħt l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju ta' garanzija, invalidi u mhux enforzabbli, in relazzjoni mal-kollateral finanzjarju trasferit min min ikun akkwista l-kollateral, waqt l-iskarigu ta' l-obbligazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu.
Artikolu 5 5.
Jekk isseħħ eventwalità dwar l-enforzar, waqt li jkun għad hemm pendenti obligazzjoni kif deskritta fil-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu, l-obbligazzjoni tista tkun soġġetta għal dispożizzjoni dwar il-close-out netting.
Artikolu 5 6.
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal talbiet għal kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.