+Artikolu 9 Kunflitt ta' liġijiet
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
|
Artikolu 9 Kunflitt ta' liġijiet
Kunflitt ta' liġijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Kwalunkwe kwistjoni dwar kwalunkwe materja speċifikata fil-paragrafu 2, in relazzjoni mal-kollateral dwar tniżżil ta' garanziji fil-ktieb, għandha tkun regolata mil-liġi tal-pajjiż fejn ikun qed jinżamm il-kont rilevanti. Ir-referenza għal-liġi tal-pajjiż, hija referenza għal-liġi domestika tiegħu, mingħajr ma tikkunsidra kwalunkwe regola li, meta tiġi deċiża il-kwistjoni relevanti, trid issir referenza għal-liġi ta' pajjiż ieħor.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-materji li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1 huma:
(a)
in-natura legali u l-effett tal-propjeta dwar il-kollateral dwar tniżżil ta' garanziji fil-ktieb;
(b)
il-ħtiġijiet sabiex ikun ipperfezzjonat l-arranġament dwar il-kollateral finanzjarju, li jitratta kollaterali dwar tniżżil ta'garanziji fil-ktieb, u l-għoti ta' kollaterali dwar it-tniżżil ta' garanziji fil-ktieb, taħt dak il-ftehim, u b'mod aktar ġenerali t-tkomplija tal-passi meħtieġa sabiex dan l-arranġament u l-għoti jkun effettiv kontra partijiet terzi;
(ċ)
jekk it-titolu ta' persuna għall jew interess f'dan il-kollateral dwar it-tniżżil ta' garanziji fil-ktieb ikunu megħluba minn jew subordinati għall-titolu jew interess kompetittiv, jew ikun seħħ akkwist in bona fede;
(d)
il-passi meħtieġa għar-realizazzjoni tal-kollateral dwar it-tniżżil ta' garanziji fil-ktieb, wara li jkun seħħ avveniment dwar enforzar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0047
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|