1. L-ESMA għandha toħloq kumitat ta’ riżoluzzjoni (il-“Kumitat ta’ Riżoluzzjoni tal-ESMA”) skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għall-iskop ta’ tħejjija tad-deċiżjonijiet fdati lill-ESMA f’dan ir-Regolament, ħlief għad-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kumitat ta’ -Riżoluzzjoni tal-ESMA għandu jippromwovi wkoll it-tfassil u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u l-iżvilupp ta’ metodi għar-riżoluzzjoni tas-CCPs li jkunu qed ifallu.