+Artikolu 23 1

Artikolu 23 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 27 u teżerċita s-setgħat ta’ riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 48 f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-infurzar tal-obbligi kuntrattwali kollha u arranġamenti oħra fil-pjan ta’ rkupru tas-CCP, sakemm ma jkunux ġew eżawriti qabel id-dħul fir-riżoluzzjoni, dment li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma tiddeterminax li, sabiex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni fil-ħin, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, jew it-tnejn li huma, huma aktar xierqa:

(i)

l-astensjoni mill-infurzar ta’ ċerti obbligi kuntrattwali skont il-pjan ta’ rkupru tas-CCP jew b’xi mod ieħor id-devjazzjoni minnu;

(ii)

l-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni;

(b)

l-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf wara li jiġu infurzati l-obbligi u l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) u f’konformità ma’ dak il-punt;

(c)

il-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta’ prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont proċedimenti normali ta’ insolvenza, dment li ma jkunx espressament stabbilit mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(d)

il-kredituri tas-CCP tal-istess klassi jiġu ttrattati bl-istess mod;

(e)

l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u kredituri oħrajn tas-CCP ma għandhomx iġarrbu telf akbar milli kieku kienu jġarrbu fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 60;

(f)

il-bord u l-maniġment superjuri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jinbidlu, ħlief meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li ż-żamma tal-bord u tal-maniġment superjuri, totalment jew parzjalment, tkun neċessarja biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(g)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jgħarrfu u jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-impjegati f’konformità mal-liġijiet, ftehimiet kollettivi jew prassi fil-livell nazzjonali;

(h)

l-għodod tar-riżoluzzjoni huma applikati u s-setgħat tar-riżoluzzjoni huma eżerċitati mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati f’korpi maniġerjali kif previst fil-liġijiet, ftehimiet kollettivi jew prassi fil-livell nazzjonali; u

(i)

meta CCP tkun parti minn grupp, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jieħdu kont tal-impatt fuq l-entitajiet oħrajn tal-grupp, b’mod partikolari meta dan il-grupp ikun magħmul minn FMIs, oħrajn u fuq il-grupp kollu kemm hu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.