+Artikolu 24 Objettivi tal-valwazzjoni
---+Artikolu 24 1
---+Artikolu 24 2
---+Artikolu 24 3
---+Artikolu 24 4
|
Artikolu 24 Objettivi tal-valwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1
|
1. L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni ta’ riżoluzzjoni tittieħed fuq il-bażi ta’ valwazzjoni li tiżgura valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi tas-CCP.
|
|
Artikolu 24 2
|
2. Qabel ma l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni inizjali biex tiddetermina jekk ġewx issodisfati l-kondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1).
|
|
Artikolu 24 3
|
3. Wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq it-tieni valwazzjoni biex:
|
(a)
|
tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-aħjar azzjoni ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(b)
|
tiżgura li kwalunkwe telf fuq l-assi u d-drittijiet tas-CCP ikun rikonoxxut b’mod sħiħ fil-mument li jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(c)
|
tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-kanċellazzjoni jew tad-dilwizzjoni tal-istrumenti ta’ sjieda u d-deċiżjoni fir-rigward tal-valur u l-għadd ta’ strumenti ta’ sjieda maħruġa jew ittrasferiti bħala riżultat tal-eżerċitar tas-setgħat ta’ riżoluzzjoni;
|
|
(d)
|
tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-valwazzjoni negattiva jew tal-konverżjoni ta’ kwalunkwe obbligazzjonijiet mhux garantiti, inklużi l-istrumenti tad-dejn;
|
|
(e)
|
meta jiġu applikati l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjoni, tkun tista’ tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tat-telf li trid tiġi applikata kontra t-talbiet tal-kredituri affettwati, l-obbligi pendenti jew il-pożizzjonijiet fir-rigward tas-CCP u dwar il-portata u l-ħtieġa ta’ sejħa għal flus għal riżoluzzjoni;
|
|
(f)
|
meta tiġi applikata l-għodda tas-CCP tranżitorja, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta’ sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja u d-deċiżjoni dwar il-valur ta’ kwalunkwe korrispettiv li jista’ jitħallas lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, fejn ikun rilevanti, lid-detenturi tal-istrumenti ta’ sjieda;
|
|
(g)
|
meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ ta’ negozju, tipprovdi informazzjoni biex tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta’ sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-akkwirent terz u tgħin lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tifhem x’jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 40.
|
Għall-finijiet tal-punt (d), il-valwazzjoni għandha tqis kwalunkwe telf li jiġi assorbit mill-infurzar ta’ kwalunkwe obbligu pendenti tal-membri tal-ikklirjar jew ta’ partijiet terzi oħrajn dovuti lis-CCP u l-livell ta’ konverżjoni li għandha tiġi applikata għall-istrumenti tad-dejn.
|
|
Artikolu 24 4
|
4. Il-valwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għal appell skont l-Artikolu 74 biss flimkien mad-deċiżjoni li tiġi applikata għodda ta’ riżoluzzjoni jew li tiġi eżerċitata setgħa ta’ riżoluzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|