+Artikolu 48 1

Artikolu 48 1

1.   L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex tapplika l-għodod ta’ riżoluzzjoni b’mod effettiv, inkluż is-setgħat kollha li ġejjin:

(a)

li titlob lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni sabiex tkun tista’ tiddeċiedi fuq azzjoni ta’ riżoluzzjoni u tippreparaha, inkluża informazzjoni addizzjonali u supplimentari għal dik ipprovduta fil-pjan ta’ riżoluzzjoni jew li trid tingħata permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post;

(b)

li tieħu kontroll ta’ CCP taħt riżoluzzjoni u teżerċita d-drittijiet u s-setgħat kollha mogħtija lid-detenturi tal-istrumenti ta’ sjieda u lill-bord tas-CCP inkluż id-drittijiet u s-setgħat skont ir-regoli operattivi tas-CCP;

(c)

li tittrasferixxi l-istrumenti ta’ sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(d)

li tittrasferixxi lil entità oħra, bil-kunsens tagħha, id-drittijiet, l-assi, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP;

(e)

li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont prinċipali ta’ jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta’ CCP taħt riżoluzzjoni;

(f)

li tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta’ CCP taħt riżoluzzjoni fi strumenti ta’ sjieda ta’ dik is-CCP jew ta’ CCP tranżitorja li lilha jkunu ġew ittrasferiti l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(g)

li tikkanċella l-istrumenti tad-dejn maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(h)

li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont nominali tal-istrumenti ta’ sjieda ta’ CCP taħt riżoluzzjoni u li tikkanċella tali strumenti ta’ sjieda;

(i)

li titlob lil CCP taħt riżoluzzjoni toħroġ strumenti ta’ sjieda ġodda, inkluż ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(j)

fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn u ta’ obbligazzjonijiet oħrajn tas-CCP, li temenda jew tbiddel il-maturità tagħhom, temenda l-ammont ta’ imgħax pagabbli, jew temenda d-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi tissospendi l-pagament għal perijodu temporanju;

(k)

li tagħlaq u tittermina kuntratti finanzjarji;

(l)

li tneħħi jew tissostitwixxi l-bord u l-maniġment superjuri ta’ CCP taħt riżoluzzjoni;

(m)

li titlob lill-awtorità kompetenti tivvaluta lill-akkwirent ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti fil-ħin permezz ta’ deroga mil-limiti ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(n)

li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont tal-marġini ta’ varjazzjoni dovut lil membru tal-ikklirjar ta’ CCP taħt riżoluzzjoni;

(o)

li tittrasferixxi pożizzjonijiet miftuħa u kwalunkwe assi relatat, inklużi l-arranġamenti rilevanti ta’ kollateral finanzjarju ta’ garanzija u trasferiment ta’ titolu, l-arranġamenti ta’ tpaċija u l-arranġamenti ta’ totaliżżar, mill-kont ta’ membru tal-ikklirjar inadempjenti lil membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b’mod konsistenti mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(p)

li tinforza kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP taħt riżoluzzjoni jew, fejn meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, joqogħdu lura milli jinfurzaw it-tali obbligi kuntrattwali jew inkella jiddevjaw mir-regoli operattivi tas-CCP;

(q)

li tinforza kwalunkwe obbligu eżistenti u pendenti tal-impriża prinċipali tas-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż sabiex tipprovdi lis-CCP b’appoġġ finanzjarju permezz ta’ garanziji jew linji ta’ kreditu; u

(r)

li titlob li l-membri tal-ikklirjar jipprovdu aktar kontribuzzjonijiet fi flus kontanti soġġett għal-limitu msemmi fl-Artikolu 31.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.