3. L-awtoritajiet responsabbli għall-proċedimenti normali ta’ insolvenza għandhom jibdew dawk il-proċedimenti biss wara li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun innotifikathom bid-deċiżjoni tagħha li ma tieħu ebda azzjoni ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP jew meta ma tkun waslet ebda notifika fi żmien sebat ijiem min-notifika msemmija fil-paragrafu 2.
Meta jkun meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod u s-setgħat ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti biex tapplika sospensjoni fuq kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċediment li fiha CCP taħt riżoluzzjoni hija jew tista’ ssir parti għal perijodu adatt f’konformità mal-objettivi tar-riżoluzzjoni.