1. F’konformità mal-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tissottometti lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet għan-negozjar tal-ftehimiet ma’ wieħed jew aktar mill-pajjiżi terzi rigward il-mezzi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiżi terzi b’konnessjoni mal-ippjanar għall-irkupru u r-riżoluzzjoni b’rabta mas-CCPs u s-CCPs ta’ pajjiżi terzi, fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
meta CCP ta’ pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar;
|
|
(b)
|
meta CCP stabbilita fi Stat Membru tipprovdi servizzi jew ikollha kumpannija sussidjarja waħda jew aktar f’pajjiż terz.
|