+Artikolu 82 Dispożizzjonijiet speċifiċi
---+Artikolu 82 1
---+Artikolu 82 2

Artikolu 82 Dispożizzjonijiet speċifiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 82 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali u miżuri amministrattivi oħra tal-inqas fir-rigward taċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

nuqqas li jitfasslu, jinżammu u jiġu aġġornati pjanijiet ta’ rkupru, bi ksur tal-Artikolu 9;

(b)

nuqqas li tkun provduta l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, bi ksur tal-Artikolu 13; u

(c)

nuqqas tas-CCP li jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta s-CCP tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli, bi ksur tal-Artikolu 70(1).

Artikolu 82 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, is-CCP jew persuna ġuridika oħra responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

projbizzjoni temporanja kontra l-membri tal-maniġment superjuri tas-CCP jew kwalunkwe persuna fiżika oħra miżmuma responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet f’CCP;

(d)

fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti. Fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontabilità konsolidata tal-intrapriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e)

fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi sa massimu ta’ EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fil-11 ta’ Frar 2021; u

(f)

multi amministrattivi sa massimu tad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur jekk dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi determinat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.