+Artikolu 17 1

Artikolu 17 1

1.   Meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-programm ta’ ttestjar tal-istress imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (g), u fl-Artikolu 325bp(7), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

(a)

l-istituzzjoni tirrieżaminax ix-xenarji applikati bħala parti mill-programm ta’ ttestjar tal-istress tal-anqas darba fis-sena;

(b)

l-unità ta’ kontroll tar-riskji toperax ix-xenarji ta’ ttestjar tal-istress iddeterminati fil-programm ta’ ttestjar tal-istress b’mod frekwenti u tal-anqas kull xahar, u bi frekwenza ogħla meta l-istituzzjoni jkollha attivitajiet ta’ negozjar sinifikanti;

(c)

ix-xenarji li għandhom jiġu applikati bħala parti mill-programm ta’ ttestjar tal-istress jinkludux, minbarra xenarji osservati storikament jew ipotetiċi, xenarji li jirriżultaw minn test tal-kawżi possibbli ta’ eżiti ta’ kriżi speċifiċi u xenarji ad-hoc imfasslin sabiex jindirizzaw il-motivaturi tar-riskji speċifiċi rilevanti;

(d)

ix-xenarji msemmijin fil-punt (c) jiġux irrieżaminati tal-anqas fuq bażi annwali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.