+Artikolu 24 1
|
Artikolu 24 1
1. Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-muniti kollha li l-portafoll tal-istituzzjoni huwa sensittiv għalihom u, għal kull waħda minn dawk il-muniti, il-kurvi kollha tar-rendiment li l-portafoll tal-istituzzjoni huwa sensittiv għalihom;
|
|
(b)
|
jeħtieġu li l-istituzzjoni, għal kull waħda mill-kurvi tar-rendiment imsemmijin fil-punt (a), tispeċifika jekk kurva tkunx immudellata fl-intier tagħha direttament, jew jekk tkunx immudellata bħala somma ta’ kurva bażi u ta’ kurva ta’ bażi;
|
|
(c)
|
jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull waħda mill-kurvi tar-rendiment imsemmijin fil-punt (a);
|
|
(d)
|
jivverifikaw, billi jużaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c), li r-riskju ta’ bażi bejn kwalunkwe żewġ kurvi ta’ rendiment partikolari jew jinqabad b’mod impliċitu mill-fatt li żewġ kurvi ta’ rendiment ikunu mmudellati direttament, jew mill-fatt li kurva tar-rendiment ta’ bażi li tirrappreżenta d-differenza bejn dawk iż-żewġ kurvi tar-rendiment hija inkluża fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;
|
|
(e)
|
iwettqu, fir-rigward tal-kurvi tar-rendiment li fihom il-fatturi tar-riskju huma punti fil-kurva, valutazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament u, meta l-buckets ikunu stabbiliti mill-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2060 (11), jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tużax tal-anqas sitt fatturi tar-riskju meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(i)
|
l-iskopertura għall-kurva tar-rendiment tkun materjali;
|
|
(ii)
|
l-iskopertura tkun fil-munita l-aktar likwida kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2058 (12);
|
|
|
(f)
|
iwettqu, fir-rigward tal-kurvi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri tal-funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, valutazzjoni addizzjonali tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(g)
|
jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|