|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-fini ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“Entità rilevanti” tfisser grupp immexxi minn istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE jew istituzzjoni li mhijiex sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali tal-UE, ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE;
(2)
“Valur tal-indikatur” tfisser għal kull indikatur stabbilit fl-Artikolu 6 u għal kull entità rilevanti tal-kampjun il-valur individwali tal-indikatur u għal kull bank awtorizzat f'pajjiż terz, valur individwali komparabbli divulgat pubblikament skont l-istandards miftiehma internazzjonalment;
(3)
“Denominatur” tfisser għal kull indikatur, il-valur aggregat totali tal-valuri tal-indikaturi tal-entitajiet rilevanti u l-banek awtorizzati f'pajjiżi terzi tal-kampjun;
(4)
“Punteġġ limitu” tfisser valur tal-punteġġ li jiddetermina l-limitu l-aktar baxx u l-limiti ta' bejn il-ħames subkategoriji kif definiti fl-Artikolu 131(9) tad-Direttiva 2013/36/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|