1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi mal-istandards u l-proċeduri tal-kontabbiltà applikabbli li għalihom hi soġġetta l-istituzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.