1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi ma' rekwiżiti li jikkonċernaw proporzjonijiet ta' ingranaġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fejn rilevanti, jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fl-Artikolu 499 ta' dak ir-Regolament. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.