1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti dwar kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha jkunu ddeterminaw li l-istituzzjoni ma kinetx konformi mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew mar-rekwiżiti, fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali jew fit-twettiq ta' superviżjoni tal-kondotta fis-swieq tal-istituzzjonijiet, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, minbarra r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 ta' dan ir-Regolament. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tispjega s-sitwazzjoni u l-miżuri superviżorji meħuda jew li se jittieħdu.