+Artikolu 1 Klassijiet ta' strumenti li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2

Artikolu 1 Klassijiet ta' strumenti li jirriflettu b'mod adegwat il-kwalità kredizja ta' istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa sabiex jintużaw għall-finijiet ta' remunerazzjoni varjabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Dawn li ġejjin se jkunu l-klassijiet ta' strumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (l)(ii) tal-Artikolu 94(1) tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a)

klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali meta dawk il-klassijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 2, u jikkonformaw mal-Artikolu 5(9) u l-punt (c) tal-Artikolu 5(13);

(b)

klassijiet tal-istrumenti tal-Grad 2 meta dawk il-klassijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 3, u jikkonformaw mal-Artikolu 5;

(c)

klassijiet ta' strumenti li jistgħu jiġu konvertiti bis-sħiħ fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew li jistgħu jitniżżlu fil-valur u li la huma strumenti tal-Grad 1 u lanqas tal-Grad 2 Addizzjonali (”Strumenti Oħrajn”) fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 4 meta dawk il-klassijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u jikkonformaw mal-Artikolu 5.

Artikolu 1 2

2.   Il-klassijiet ta' strumenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istrumenti ma għandhomx ikunu ggarantiti jew soġġetti għal garanzija li żżid is-senjorità tal-pretensjonijiet tad-detentur;

(b)

meta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw strument jippermettu l-konverżjoni tiegħu, dak l-istrument għandu jintuża biss għall-finijiet ta' għoti ta' remunerazzjoni varjabbli meta r-rata jew il-medda ta' konverżjoni tkun stabbilita f'livell li jiżgura li l-valur tal-istrument li fih l-istrument inizjalment mogħi huwa konvertit ma jkunx ogħla mill-valur tal-istrument mogħti inizjalment fi żmien l-għotja tiegħu bħala remunerazzjoni varjabbli;

(c)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw strumenti konvertibbli li jintużaw għall-uniku skop ta' remunerazzjoni varjabbli għandhom jiżguraw li l-valur tal-istrument li fih l-istrument mogħti inizjalment ġie konvertit ma jkunx ogħla mill-valur, fil-ħin ta' dik il-konverżjoni mill-istrument mogħti oriġinalment;

(d)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument għandhom jistipulaw li kwalunkwe distribuzzjoni titħallas fuq tal-inqas bażi annwali u titħallas lid-detentur tal-istrument;

(e)

l-istrumenti għandhom jiġu pprezzati bil-valur tagħhom fi żmien l-għoti tal-istrument, skont l-istandard kontabilistiku applikabbli. Il-valwazzjoni għandha tqis il-kwalità kredizja tal-istituzzjoni u għandha tkun soġġetta għal reviżjoni indipendenti;

(f)

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti maħruġin għall-uniku skop ta' remunerazzjoni varjabbli għandhom jeħtieġu t-twettiq ta' valwazzjoni skont l-istandard kontabilistiku applikabbli f'każ li l-istrument jinfeda, jiġi eżerċitat, riakkwistat jew konvertit.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0527
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.