+Artikolu 2 (c)

Artikolu 2 (c)

ikun issodisfat wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-istrumenti jinħarġu għall-uniku skop li jingħataw bħala remunerazzjoni varjabbli u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrument jiżguraw li kwalunkwe distribuzzjoni titħallas b'rata li hija konsistenti mar-rati tas-suq għal strumenti simili maħrġuin mill-istituzzjoni jew mill-istituzzjonijiet ta' għamla, skala, kumplessità u kwalità kredizja paragunabbli u li fi kwalunkwe każ, fiż-żmien li tingħata r-remunerazzjoni, ma tkunx ogħla minn 8 punti perċentwali ogħla mir-rata medja annwali tal-bidla għall-Unjoni ppubblikata mill-Kummissjoni (Eurostat) fl-Indiċijiet Armonizzati tagħha tal-Prezzijiet għall-Konsumatur ippubblikati skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 (5). Meta l-istrumenti jingħataw lil membri tal-persunal li jwettqu s-sehem predominanti tal-attivitajiet professjonali tagħhm barra l-Unjoni u l-istrumenti jkunu denominati f'munita maħruġa minn pajjiż terz, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw indiċi simili kkalkolat b'mod indipendenti tal-prezzijiet għall-konsumatur fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz;

(ii)

fi żmien l-għoti tal-istrumenti bħala remunerazzjoni varjabbli, tal-inqas 60 % tal-istrumenti fil-ħruġ ma nħarġux bħala għotja ta' remunerazzjoni varjabbli u mhumiex miżmuma minn dawn li ġejjin jew minn xi impriża li għandha rabtiet mill-qrib ma' dawn li ġejjin:

—

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha,

—

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha,

—

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha,

—

il-kumpannija holding ta' attivitajiet imħallta jew is-sussidjarji tagħha,

—

il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u s-sussidjarji tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0527
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.