4. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-bidla fl-introjtu mill-imgħax nett bis-suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali kostanti, fejn id-daqs u l-kompożizzjoni totali tagħha, inklużi l-entrati fil-karta bilanċjali u barra minnha, għandhom jinżammu billi l-istrumenti bi flussi tal-flus li jimmaturaw jew li jiġu pprezzati mill-ġdid jiġu sostitwiti bi strumenti ġodda li għandhom karatteristiki komparabbli fir-rigward tal-munita, l-ammont u l-perjodu ta’ pprezzar mill-ġdid tal-istrumenti li jiġġeneraw l-ipprezzar mill-ġdid tal-flussi tal-flus. Il-marġnijiet tal-istrumenti l-ġodda għandhom ikunu bbażati fuq il-marġnijiet minn prodotti mixtrija jew mibjugħa reċentement b’karatteristiki simili. Fil-każ ta’ strumenti bi prezzijiet tas-suq osservabbli għandhom jintużaw firxiet tas-suq riċenti u mhux firxiet storiċi tas-suq.