+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tirrevoka d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 50(7) tagħha,
Billi:
|
(1)
|
Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u fil-ħin bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti l-iskambju tal-informazzjoni għandu jkun bidirezzjonali, fi ħdan il-kompetenzi superviżorji rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti formoli standard, mudelli u proċeduri operattivi, inklużi l-iskedi taż-żmien għall-iskambju ta' informazzjoni matul sitwazzjonijiet ta' negozju avvjat u s-sitwazzjonijiet ta' stress ta' likwidità. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll frekwenzi u dati ta' rimessi massimi armonizzati għall-informazzjoni li trid tiġi skambjata fuq bażi regolari li jipprovdu għal informazzjoni li trid tiġi skambjata fuq bażi annwali jew darbtejn fis-sena. Biex jiġi żgurat li tiġi skambjata l-aktar informazzjoni aġġornata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom madankollu jiskambjaw informazzjoni malajr kemm ikun prattikabbli mingħajr wieħed jistenna sakemm jiskadu d-dati massimi ta' rimessi.
|
|
(2)
|
Mingħajr preġudizzju għal proċeduri għal skambju ta' informazzjoni standard stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali li taffettwa l-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament ta' fergħa u jipprovdu kull tagħrif essenzjali u rilevanti dwar dik is-sitwazzjoni.
|
|
(3)
|
Minħabba d-differenzi fid-daqs, fil-kumplessità u s-sinifikat ta' fergħat li joperaw fl-Istati Membri ospitanti, huwa importanti li jiġi applikat il-prinċipju ta' proporzjonalità fl-iskambju ta' informazzjoni. Għal dan l-għan, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ospitanti li jirċievu medda aktar kbira ta' informazzjoni fejn dawn l-awtoritajiet huma responsabbli għal fergħat identifikati bħala sinifikanti skont l- Artikolu 51 tad- Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu riflessi f'forom, mudelli u frekwenzi użati għall-iskambju ta' din l-informazzjoni.
|
|
(4)
|
Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni effiċjenti ta' informazzjoni lil persuni rilevanti kif ukoll il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu, u regolarment jaġġornaw, listi ta' persuni ta' kuntatt.
|
|
(5)
|
L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti mhux limitat għal it-tipi ta' informazzjoni speċifikati fl- Artikolu 50 tad-Direttiva 2013/36/UE, u għalhekk għat-tipi ta' informazzjoni speċifikati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-Direttiva 2013/36/UE tiffissa d-dispożizzjonijiet għal skambju ta' informazzjoni rigward verifika fuq il-post tal-fergħat, notifiki tal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u miżuri, inkluż dawk ta' prekawzjoni, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fergħat u l-impriżi prinċipali tagħhom. Dan ir-Regolament għalhekk m'għandhux jistipula rekwiżiti għal skambju ta' informazzjoni f'dawk iż-żoni.
|
|
(6)
|
Formoli, mudelli u proċeduri standard għandhom ukoll jindirizzaw l-iskambji ta' informazzjoni dwar it-twettiq ta' attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti permezz tal-provvediment ta' servizzi transfruntiera.
|
|
(7)
|
Minħabba n-natura ta' servizzi transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jkunu kkonfrontati minn nuqqas ta' informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kondotti fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, u huwa essenzjali li wieħed jistabbilixxi proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja u l-kundizzjonijiet ta' monitoraġġ ta' awtorizzazzjonijiet, b'mod partikolari l-monitoraġġ ta' jekk l-istituzzjoni tipprovdix servizzi skont in-notifiki pprovduti. Minkejja l-importanza ta' din l-informazzjoni, minħabba l-ħtieġa li jiġi evitat piż potenzjali fil-ġbir u t-tixrid tagħha lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri ospitanti, l-informazzjoni għandha tingħata wara talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti aktar milli tiġi skambjata fuq bażi regolari.
|
|
(8)
|
Minħabba l-fatt li t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti hija ddettaljata fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2104 (2), dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala korollarju meħtieġ tar-Regolament Delegat (UE) Nru 524/2014.
|
|
(9)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi implimentattivi abbozzati ippreżentati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) lill-Kummissjoni.
|
|
(10)
|
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0620
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|