|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.Meta jqisu u jiddokumentaw l-adegwatezza tal-użu tal-arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu dawn il-fatturi kollha li ġejjin:
(a)
jekk hemmx biss rabta dgħajfa ħafna bejn l-obbligu tal-klijent lejn id-ditta u l-użu tal-arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu, inkluż jekk il-probabbiltà ta' obbligazzjoni tal-klijent lejn d-ditta hijiex baxxa jew negliġibbli;
(b)
jekk l-ammont ta' fondi jew strumenti finanzjarji tal-klijent soġġetti għal arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu jaqbiżx b'mod sinifikanti l-obbligu tal-klijent, jew anke jekk huwiex saħansitra illimitat jekk il-klijent għandu xi obbligu lejn id-ditta; u
(c)
jekk l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi tal-klijenti kollha jkunux soġġetti għal arranġamenti ta' kollateral bi trasferiment ta' titlu, mingħajr kunsiderazzjoni għat-tip ta' obbligu li kull klijent għandu lejn id-ditta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|