+Artikolu 12 3.

Artikolu 12 3.

Il-benefiċċji li ġejjin għandhom jikkwalifikaw bħala benefiċċji mhux monetarji żgħar aċċettabbli biss jekk dawn ikunu:

(a) 

informazzjoni jew dokumentazzjoni relatata ma' strument finanzjarju jew servizz ta' investiment, hija ġenerika fin-natura tagħha jew personalizzata biex tirrifletti ċ-ċirkostanzi ta' klijent individwali;

(b) 

materjal miktub minn parti terza li huwa kkummissjonat u mħallas minn emittent korporattiv jew emittent potenzjali biex jippromwovi l-emittenza ġdida minn dik il-kumpanija, jew fejn ditta terza tkun mqabbda kuntrattwalment u mħallsa mill-emittent biex tipproduċi materjal bħal dan fuq bażi kontinwa, sakemm ir-relazzjoni tkun divulgata b'mod ċar fil-materjal u li dak il-materjal ikun disponibbli fl-istess ħin għal kwalunkwe ditta tal-investiment li tixtieq tirċevih jew għall-pubbliku ġenerali;

(c) 

parteċipazzjoni f'konferenzi, seminars u avvenimenti ta' taħriġ oħrajn fuq il-benefiċċji u l-karatteristiċi ta' strument finanzjarju jew servizz ta' investiment speċifiku;

(d) 

ospitalità ta' valur de minimis raġonevoli, bħal ikel u xorb matul laqgħa ta' negozju jew konferenza, seminar jew avvenimenti oħrajn ta' taħriġ imsemmijin fil-punt (c); u

(e) 

benefiċċji mhux monetarji oħrajn żgħar li l-Istat Membru jqis kapaċi li jtejbu l-kwalità tas-servizz ipprovdut lil klijent u, filwaqt li wieħed iqis il-livell totali ta' benefiċċji pprovduti minn kwalunkwe entità waħda jew grupp ta' entitajiet, huma ta' daqs u natura li huwa improbabbli li jistgħu jaffettwaw ħażin il-konformità mad-dover ta' ditta tal-investiment li taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent.

Il-benefiċċji mhux monetarji żgħar aċċettabbli għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati u ta' tali daqs li jkun improbabbli li jinfluwenzaw l-imġiba tad-ditta tal-investiment b'mod li huwa detrimentali għall-interessi tal-klijent rilevanti.

Id-divulgazzjoni ta' benefiċċji mhux monetarji żgħar għandha ssir qabel il-provvista tas-servizzi ta' investiment jew anċillari rilevanti lill-klijent. Skont l-Artikolu 11(5)(a), il-benefiċċji mhux monetarji żgħar jistgħu jkunu deskritti b'mod ġeneriku.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017L0593
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.