|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“kontroparti ċentrali” (“CCP”) tfisser persuna ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;
(2)
“repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tad-derivati;
(3)
“ikklerjar” tfisser il-proċess biex jiġu stabbiliti pożizzjonijiet, inkluż il-kalkolu ta’ obbligi netti, u biex jiġi żgurat li l-istrumenti finanzjarji, flus jew it-tnejn li huma, jkunu disponibbli biex jiżguraw l-espożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-pożizzjonijiet;
(4)
“post ta’ negozju” tfisser sistema operata minn ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq skont it-tifsira tal-Artikoli 4(1)(1) u 4(1)(13) tad-Direttiva 2004/39/KE minbarra internalizzatur sistematiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(7), li jġib flimkien interessi ta’ xiri jew ta’ bejgħ fl-istrumenti finanzjarji fis-sistema, b’mod li jirriżulta f’kuntratt skont it-Titolu II jew III ta’ dik id-Direttiva;
(5)
“derivat” jew “kuntratt tad-derivati” tfisser strument finanzjarju kif stipulat fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE kif implimentata mill-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament Nru 1287/2006;
(6)
“klassi ta’ derivati” tfisser sottogrupp ta’ derivati li jikkondividu karatteristiċi komuni u essenzjali li jinkludu mill-inqas ir-relazzjoni mal-assi sottastanti, it-tip tal-assi sottostanti u l-munita tal-ammont nozzjonali. Jista’ jkun li derivati tal-istess klassi jkollhom maturitajiet differenti;
(7)
“derivattiv OTC” jew “kuntratt tad-derivattiv OTC” tfisser kuntratt tad-derivattiv li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f’suq regolat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f’konformità mal-Artikolu 2a ta’ dan ir-Regolament;
(8)
“kontroparti finanzjarja” tfisser:
(a)
ditta tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(b)
istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(c)
impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni awtorizzata skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(d)
UCITS u, fejn rilevanti, il-kumpannija ta' ġestjoni tagħha, awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm dik l-UCITS ma tkunx stabbilita esklussivament bil-għan li sservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati;
(e)
istituzzjoni għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (IORP), kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(f)
fond ta' investiment alternattiv (AIF), kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, li huwa jew stabbilit fl-Unjoni jew inkella ġestit minn maniġer ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM) awtorizzat jew reġistrat f'konformità ma' dik id-Direttiva, sakemm dak l-AIF ma jkunx stabbilit esklussivament bil-għan li jservi pjan wieħed jew aktar ta' xiri ta' azzjonijiet mill-impjegati, jew sakemm dak l-AIF ma jkunx entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, u, fejn rilevanti, l-AIFM tagħha jkun stabbilit fl-Unjoni;
(g)
depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(9)
“kontroparti mhux finanzjarja” tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni minbarra l-entitajiet imsemmija fil-punti (1) u (8);
(10)
“arranġament għal skemi tal-pensjonijiet” tfisser:
(a)
istituzzjonijiet għall-provvediment għall-irtirar okkupazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE, inkluż kwalunkwe entità awtorizzata responsabbli biex tamministra din l-istituzzjoni u li taġixxi f’isimha kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll kwalunkwe entità ġuridika stabbilita għall-iskop ta’ investiment ta’ tali istituzzjonijiet, li jaġixxu unikament u esklużivament fl-interess tagħhom;
(b)
in-negozji tal-istituzzjonijiet għall-provvediment ta’ rtirar okkupazzjonali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/41/KE;
(c)
negozji ta’ provvediment għall-irtirar okkupazzjonali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja koperti bid-Direttiva 2002/83/KE, sakemm l-attivi u l-passivi kollha korrispondenti għan-negozju jkunu “ring-fenced”, ġestiti u organizzati separatament mill-attivitajiet l-oħra tal-impriża tal-assigurazzjoni, mingħajr ebda possibbiltà ta’ trasferiment;
(d)
kwalunkwe entità oħra awtorizzata jew sorveljata, jew arranġamenti, li joperaw fuq bażi nazzjonali, kemm-il darba:
(i)
ikunu rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali; u
(ii)
l-għan ewlieni tagħhom ikun li jipprovdu benefiċċji tal-irtirar;
(11)
“riskju ta’ kreditu tal-kontroparti” tfisser ir-riskju li l-kontroparti fi tranżazzjoni tkun inadempjenti qabel is-saldu finali tal-flussi tal-flus tat-tranżazzjoni;
(12)
“arranġament tal-interoperabilità” tfisser arranġament bejn żewġ kontropartijiet ċentrali jew iżjed li jinvolvu eżekuzzjoni trasversali ta’ tranżazzjonijiet;
(13)
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti msemmija fil-leġislazzjoni msemmija fil-punt (8) ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 10(5) jew l-awtorità maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 22;
(14)
“membru tal-ikklerjar” tfisser impriża li tipparteċipa f’kontroparti ċentrali u li tkun responsabbli għat-twettiq tal-obbligi finanzjarji li joħorġu minn dik il-parteċipazzjoni;
(15)
“klijent” tfisser impriża b’relazzjoni kuntrattwali ma’ membru tal-ikklerjar ta’ CCP li jippermetti lil dik l-impriża li tikklerja t-tranżazzjonijiet tagħha ma’ dik il-kontroparti ċentrali;
(16)
“grupp” tfisser il-grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha fit-tifsira tal-Artikoli 1u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew il-grupp ta’ impriżi msemmi fl-Artikoli 3(1) u l-Artikolu 80(7) u (8) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(17)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża li mhix istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività prinċipali tagħha hija li takkwista holdings (parteċipazzjonijiet) jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12) tal-Anness I għad-Direttiva 2006/48/KE;
(18)
“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, b’ta l-anqas waħda minn dawk l-impriżi sussidjarji tkun istituzzjoni ta’ kreditu, u li ma tkunx kumpanija holding finanzjarja mħallta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni jew ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju ( 6 );
(19)
“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti filli jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew attività oħra simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar;
(20)
“parteċipazzjoni kwalifikata” tfisser kwalunkwe parteċipazzjoni diretta jew indiretta f’kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li jirrappreżenta mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabilit fl-Artikolu 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ( 7 ), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet dwar l-aggregazzjoni tagħhom kif stabilit fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva, jew li tagħmiha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment tal-kontroparti ċentrali jew repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet li fih teżisti dik il-parteċipazzjoni;
(21)
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE;
(22)
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif deskritta fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, inkluża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża prinċipali;
(23)
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja kif deskritta fl- Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;
(24)
“konnessjonijiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi huma konnessi permezz ta’:
(a)
parteċipazzjoni, permezz ta’ proprjetà jew kontroll dirett, ta’ 20 % jew iżjed tad-drittijiet tal-vot jew kapital ta’ impriża; jew
(b)
kontroll jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża jew sussidjarja ta’ sussidjarja li tkun meqjusa wkoll bħala sussidjarja tal-impriża prinċipali li tkun il-kap ta’ dawk l-impriżi. Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iżjed ikunu konnessi b’mod permanenti ma’ persuna waħda permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll għandha titqies ukoll li tikkostitwixxi konnessjoni mill-qrib bejn tali persuni.
(25)
“kapital” tfisser kapital sottoskritt skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji ( 8 ) oħrajn sakemm dan ikun tħallas totalment, u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, sakemm jassorbi kompletament it-telfiet f’sitwazzjonijiet ta’ negozju avvjat, u, fil-każ ta’ falliment jew likwidazzjoni, jiġi kklassifikat wara li jitqiesu l-pretensjonijiet l-oħra;
(26)
“riservi” tfisser riservi kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji ( 9 ) u profitti u telf riportati b’konsegwenza tal-applikazzjoni tal-profitti jew it-telf finali;
(27)
“bord” tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, skont id-dritt nazzjonali dwar il-kumpaniji;
(28)
“membru indipendenti” tal-bord tfisser membru tal-bord li ma għandu l-ebda relazzjoni ta’ negozju, familja jew ta’ natura oħra li tqajjem konflitt ta’ interessi fir-rigward tal-kontroparti ċentrali kkonċernata jew l-azzjonist(i) li għandhom kontroll tagħha jew il-membri tal-ikklerjar tagħha jew il-maniġment tagħha, u li ma kellu ebda relazzjoni bħal din matul il-ħames snin qabel is-sħubija tiegħu fil-bord;
(29)
“diriġenza għolja” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-kontroparti ċentrali jew ir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, u l-membru jew membri eżekuttiv(i) tal-bord;
(30)
“bond kopert” tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(31)
“entità ta’ bonds koperti” tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta’ kopertura ta’ bond kopert. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|