|
+Artikolu 4a 3. |
Artikolu 4a 3.Meta tikkalkula l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontroparti finanzjarja għandha tinkludi il-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi minn dik il-kontroparti finanzjarja jew konklużi minn entitajiet oħrajn fil-grupp li għalih tappartjeni dik il-kontroparti finanzjarja. Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward ta' UCITS u AIF, il-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati fil-livell tal-fond. Il-kumpaniji ta' ġestjoni ta' UCITS li jiġġestixxu aktar minn UCITS waħda u l-AIFM li jiġġestixxu aktar minn AIF wieħed għandhom ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti rilevanti li l-kalkolu tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-fond ma jwassalx għal:
(a)
sottovalutazzjoni sistematika tal-pożizzjonijiet ta' kwalunkwe wieħed mill-fondi li jiġġestixxu jew il-pożizzjonijiet tal-maniġer; u
(b)
ċirkomvenzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-kontroparti finanzjarja u tal-entitajiet l-oħra fil-grupp għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' kooperazzjoni biex jiżguraw il-kalkolu effettiv tal-pożizzjonijiet fil-livell tal-grupp. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|