|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1 jew twettaq proċedura għal rikonoxximent stabbilita fl-Artikolu 25, l-AETS għandha, wara li tagħmel konsultazzjoni pubblika u wara li tikkonsolta mal-BERS u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, tiżviluppa u tissottometti lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw dan li ġej:
(a)
il-klassi ta’ derivati OTC li għandha tkun soġġetta għall-obbligu tal-ikklerjar imsemmi fl-Artikolu 4;
(b)
id-data jew id-dati minn meta l-obbligu tal-ikklerjar isir effettiv, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu. ▼M12 ————— Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Fl-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan il-paragrafu, l-ESMA m’għandhiex tippreġudika d-dispożizzjoni tranżizzjonali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati tal-enerġija C6 kif stabbilit fl-Artikolu 95 tad-Direttiva 2014/65/UE ( 14 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|