|
+Artikolu 23a 1. |
Artikolu 23a 1.L-AETS għandha twettaq rwol ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn il-kulleġġi sabiex:
(a)
tibni kultura superviżorja komuni u prattiki superviżorji konsistenti;
(b)
tiżgura proċeduri uniformi u approċċi konsistenti;
(c)
issaħħaħ il-konsistenza fl-eżiti superviżorji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ oqsma superviżorji li għandhom dimensjoni transfruntiera jew impatt transfruntier possibbli;
(d)
issaħħaħ il-koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 24;
(e)
tivvaluta r-riskji meta tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2 dwar il-konformità tas-CCP mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament b’rabta mar-riskji transfruntiera identifikati jew mar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, u meta tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif CCP għandha ttaffi tali riskji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|