|
+Artikolu 25a 2. |
Artikolu 25a 2.It-talba msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tipprovdi bażi fattwali għall-konstatazzjoni ta’ komparabbiltà u r-raġunijiet għalfejn il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli fil-pajjiż terz tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V. Is-CCP tal-Grad 2 għandha tippreżenta t-talba motivata tagħha msemmija fil-paragrafu 1 f’format elettroniku permezz tal-bażi tad-data ċentrali. L-AETS għandha tagħti konformità komparabbli, b’mod parzjali jew totali, meta tiddeċiedi, abbażi tat-talba motivata msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, li s-CCP tal-Grad 2 fil-konformità tagħha mar-rekwiżiti rilevanti applikabbli fil-pajjiż terz titqies konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u t-Titoli IV u V u b’hekk tissodisfa r-rekwiżit għal rikonoxximent skont l-Artikolu 25(2b), il-punt (a). L-AETS għandha tirtira, b’mod totali jew fir-rigward ta’ rekwiżit partikolari, il-konformità komparabbli, meta s-CCP tal-Grad 2 ma tibqax tirrispetta l-kundizzjonijiet għall-konformità komparabbli u meta tali CCP ma tkunx ħadet azzjoni ta’ rimedju mitluba mill-AETS fil-perjodu ta’ żmien stabbilit. Meta tkun qed tiddetermina d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-irtirar tal-konformità komparabbli, l-AETS għandha tagħmel ħilitha biex tipprevedi perjodu ta’ adattament adegwat li ma jaqbiżx sitt xhur. Jekk l-AETS tagħti konformità komparabbli, hija għandha tkompli tkun responsabbli mill-qadi ta’ dmirijietha u li twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari skont l-Artikoli 25 u 25b, u għandha tkompli teżerċita s-setgħat tagħha msemmija fl-Artikoli 25c, 25d, 25f sa 25m, 25p u 25q. Mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-AETS li twettaq dawk il-kompiti skont dan ir-Regolament, meta l-AETS tagħti konformità komparabbli, hija għandha taqbel fuq arranġamenti amministrattivi mal-awtorità tal-pajjiż terz ħalli tiżgura skambju ta’ informazzjoni xierqa u kooperazzjoni bil-għan li l-AETS timmonitorja li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-konformità komparabbli fuq bażi kontinwa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|