|
+Artikolu 75 1. |
Artikolu 75 1.Il-Kummissjoni tista’ tadotta att implimentattiv li jiddetermina li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li:
(a)
ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti li huma legalment vinkolanti u li huma ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament;
(b)
is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tar-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet f’dak il-pajjiż terz issir fuq bażi kontinwa; u
(c)
jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti ta’ negozju maqsuma ma’ pajjiżi terzi mill-awtoritajiet, u li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dak l-att implimentattiv għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|